Matul il-jum tat-Tnejn, bosta familji, anzjani u turisti setgħu jżuru u japprezzaw numru kbir ta’ wirjiet ta’ mudelli tal-ajruplani magħmulin mill-fibre glass u l-foam, fost materjali oħra.
Din il-wrija saret fil-Mużew tal-Avjazzjoni fTa’ Qali mtella’ mill-Malta Model Aircraft Flying Association.
Net News kien preżenti fejn tkellimna ma’ Lou Runza, li huwa l-PR Officer tal-Malta Model Aircraft Flying Assocation.

Lou Runza tkellem fuq l-attivitajiet u l-esebizzjonijiet li l-Malta Model Aircraft Flying Association qed itella’ sabiex tfakkar l-istabbiliment u s-sinifikat ta’ din l-assoċjazzjoni.
Din l-esebizzjoni fakkret il-75 sena anniversarju tal-Malta Model Aircraft Flying Association fejn tul is-snin urew ix-xogħol u d-dedikazzjoni li jeħtieġ għal dan it-talent tagħhom.
