Internazzjonali

Wara ġimgħat jippruvaw jilħqu qbil: Trump jinsab irrabjat għal Putin

Ritratt: Gulfnews

Il-President tal-Istati Uniti qal li jinsab irrabjat imens għal-President Russu Vladimir Putin, dan wara ġimgħat sħaħ jipprova jingeozja miegħu għal waqfien mill-ġlied fl-Ukrajna.

Trump sostna dan waqt intervista mal-istazzjon NBC, fejn qal li jinsab irrabjat ma’ Putin talli dan attakka lill-President tal-Ukrajna Volodymr Zelensky u l-kredibiltà tiegħu u kien għalhekk li hedded li se jimponi tarrifi ta’ 50% fuq il-pajjiżi li jixtru ż-żejt mir-Russja jekk dan ma jaqbilx għal waqfien mill-ġlied.

Intant, dan it-ton li ħa Putin juri bidla kbira fl-attitudni tegħu hekk kif bosta mexxejja Ewropej kienu imħassba li Trump kien xi ftit jew wisq qed ikun favorevoli lejn it-tmexxija Russa.