Lokali Qorti

Żagħżugħ arrestat b’rabta ma’ traffikar tal-kokaina

Andrea Popovic, żagħżugħ Kroat ta’ 28 sena li ilu biss tliet xhur jgħix f’Malta, inżamm taħt arrest wara li ġie akkużat bi traffikar ta’ kokaina… wara li l-Qorti ma’ laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Il-Pulizija arrestawh f’Paceville wara li ġibed l-attenzjoni tal-Pulizija fuqu minħabba l-imġiba suspettuża tiegħu.

Mit-tfittxija li saret mill-Pulizija rriżulta li l-akkużat kellu fuqu 14-il borża ta’ kokaina.

Sussegwentament, il-Pulizija għamlet tfittxija oħra fir-residenza tal-akkużat, fejn instabu 28 borża ta’ kokaina.

Fil-Qorti, Popovic wieġeb mhux ħati.

Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest, hekk kif sostniet li l-imputat kellu fil-pussess tiegħu ammont aggravat ta’ droga. Dan apparti li l-komunikazzjoni ma’ martu ma jqisux li hi f’waqtha minħabba li qed titqies ukoll bħala involuta fil-każ.

Min-naħa l-oħra, id-difiża saħqet li l-akkużat għandu passaport Kroat, u għaldaqstant huwa ċittadin Ewropew.