Edukazzjoni Lokali

Alfred Mizzi Foundation terġa’ turi s-sapport tagħha lil RIDT

L-Alfred Mizzi Foundation qed terġa’ toffri s-sapport tagħha lejn ir-Research, Innovation and Development Trust (RIDT) fl-Università ta’ Malta. Din il-fondazzjoni tagħti s-sostenn tagħha fil-qasam tar-riċerka għall-puplesija, diabete u d-digital marketing – b’din id-darba l-Fondazzjoni tiddeċiedi li tiddedika d-donazzjoni tagħha fil-qasam soċjali.

Din is-sena jmiss t-tielet ċiklu tal-istudju dwar is-solitudni f’Malta, li dan ser ikompli jinbena fuq studji preċidenti li seħħew fl-2019 u l-2022 li fihom eżaminaw l-korelazzjonijiet tas-solitudni fost individwi Maltin minn 11-il sena ‘l fuq. Dan it-tielet ċiklu huwa fundamentali għaliex ser jikkonferma x-xejriet tas-solitudni li ġew stabbiliti fl-ewwel partijiet tar-riċerka.

Il-Prof. Andrew Azzopardi huwa r-riċerkatur ewlieni ta’ dan il-proġett u jinstab grat mmens għad-donazzjoni filwaqt li rrimarka li huwa grazzi tal-ħidma ta’ RIDT u għas-sapport ta’ entitajiet privati bħalma huma Alf Mizzi Foundation li l-futur tar-riċerka fundamentali jista’ jkompli jkun sostnut. 

Id-donazzjoni ġiet ippreżentata mic-Chairman ta’ Alfred Mizzi Foundation, Julian Sammut; lic-CEO ta’ RIDT Wilfred Kenely. Waqt li rringrazzja lil Alfred Mizzi Foundation, Kenely appella lil fondazzjonijiet, kumpaniji, NGOs u individwi oħra sabiex huma wkoll juru s-sapport tagħhom lejn ir-riċerka fl-Università ta’ Malta.