Futbol Sport

Bukayo Saka jirritorna b’gowl fir-rebħa konvinċenti ta’ Arsenal fuq Fulham

Ritratt: EPA

Fl-Emirates Stadium Arsenal kisbu rebħa ta’ 2-1 fuq Fulham. Bla dubju, il-mument li kull partitarju ta’ Arsenal kien qed jistenna kien xħin irritorna Bukayo Saka, fejn niżżel ismu mal-iskorers, wara aktar minn tliet xhur barra mill-azzjoni.

Kienu Arsenal li marru fil-vantaġġ fis-37 minuta meta Ethan Nwaneri għadda lejn Mikel Merino, li ra x-xutt tiegħu devjat fix-xibka għal 1-0. Arsenal irdoppjaw fit-73 minuta meta din id-darba Merino għadda lejn Gabriel Martinelli li żmarka lil Bukayo Saka li mill-viċin ma żbaljax għal 2-0.

Fulham naqqsu d-distakk fit-93 minuta b’gowl ta’ Muniz li madankollu ma kienx biżżejjed għal Fulham li jiksbu l-punti minn din il-partita.

Illum
Arsenal v Fulham 2-1
Nott. Forest v Man Utd 1-0
Wolves v West Ham 1-0
Ghada
Man City v Leciester 8.45pm
Liverpool v Everton 9.00pm