Sport

Gżira United jibqgħu jżommu l-konsistenza

Gżira United Veterans baqgħu jżommu l-konsistenza fil-VMFA Cisk Premier League hekk kif għelbu liċ-champions MFPA 6-2.

Il-Maroons kienu ferm tajbin tul din il-partita sabiex ħadu dak li riedu iġifieri t-tliet punti. Sebastian Nayar u Justin Grioli skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Kevin Sammut u Kurt Maxi Magro żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom. Mark Barbara u Manuel Sevasta skorjaw il-gowls tal-Malta Football Players Association.

Floriana baqgħu jsegwu lir-rivali tagħhom b’punt wara li għelbu lil Żurrieq Wolves 4-2.

Gianluca Calabretta wera l-kwalitajiet tiegħu meta skorja doppjetta personali filwaqt li Christian Cassar u Renato Conceicao żiedu aktar gowls għall-Greens. Iż-Żrieraq kellhom lil Clarence Thompson u Kevin Vella li naqqsu l-marġni tal-iskor.

Hibernians kisbu r-raba’ rebħa staġjonali wara li għelbu lil Rabat Veterans 5-4.

Beppe Antignolo kien ta’ ispirazzjoni għall-Pawlisti meta skorja tripletta filwaqt li Clayton Micallef u David Azzopardi wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers. Andre Scicluna skorja żewġ gowls filwaqt li Adam Smeir u Ibrahim Tarek baqgħu jagħtu xaqq ta’ tama għar-Rabtin.

Klassifika – VMFS Cisk Premier League B

Gżira United 43; Floriana 42; Birkirkara St Helen’s 30; MFPA 29; Rabat 20; Hibernians, Żurrieq Wolves 12; Żejtun Red Stars 0.