Ewropa Lokali

Il-Kummissarju Malti Glenn Micallef iwaqqa’ l-kliem ta’ Robert Abela dwar l-investiment fid-difiża

“Is-settur tad-difiża huwa settur li jista’ joħloq opportunitajiet ekonomiċi”.

Hekk iddikjara l-Kummissarju Ewropew Malti, Glenn Micallef, f’intervista li saritlu fil-progamm Xtra fi Brussell, fejn elenka l-fatt li aktar investiment fis-settur tad-difiża fl-Ewropa se jkun qed joħloq aktar impjiegi.

Bl-Eks Chief of Staff ta’ Robert Abela jistqarr li l-investiment fis-settur tad-difiża, se jissarraf f’opportunitajiet ekonomiċi ġodda.

Huwa spjega li għandha tkun prijorità li fis-settur tad-difiża jinħolqu xogħljiet ta’ kwalità… anke fejn tidħol id-difiża ċibernetika, il-protezzjoni tal-provvista tal-elettriku, tal-ilma u anke investiment sabiex il-pajjiżi jkollhom portijiet adegwati.

Micellef huwa l-Kummissarju Ewropew li imbotta il-Prim Ministru Abela nnifsu – il-Kummissarju li issa spiċċa jwaqqa’ ir-retorika partiġjana ta’ Robert Abela dwar id-difiża.

Fil-fatt, Abela ilu xhur sħaħ jipprova jnawwar biża’ fost il-poplu Malti u Għawdxi fejn jidħol l-investiment fid-difiża. U saħanistra spiċċa jbiddel kliemu skont fejn ikun – jekk hux fil-Parlament jew mal-mexxejja internazzjonali fi Brussell.

Il-Kummissarju Micallef, li huwa l-iżgħar fost il-Kummissarji Ewropej, kien magħżul mill-Prim Ministru Robert Abela. Dan wara li l-Eks Ministru Laburista Chris Fearne kellu jirtira ismu għaliex qed jaffaċċja akkużi kriminali serji b’rabta mad-deal frawdolenti tat-tliet sptarijiet. Bil-Prim Ministru kien kostrett jixħet isem l-Eks Chief of Staff tiegħu Glenn Micallef bħala Kummissarju Ewropew.