“Il-Partit Nazzjonalista huwa kommess li joħloq lokalitajiet aktar sikuri. Filwaqt li jkollna familji trankwilli fi djarhom u r-raħal tagħhom”
Kien dan is-sentiment espress f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mix-Shadow Ministers Darren Carabott, Albert Buttigieg, u Paula Mifsud Bonnici flimkien mas-Sindku tal-lokalità tas-Swieqi, Noel Muscat. Bid-deputat Darren Carabott jispjega li l-lokalità ta’ Swieqi rat żieda ta’ serq mid-djar residenzjali. U kien għalhekk li l-PN ħass il-bżonn li jindirizza din il-problema li dejjem qed tiżdied.
Darren Carabott tenna li minkejja iż-żieda fir-reati, hawn diversi lokalitajiet li għadhom b’għassa magħluqa u għalhekk Gvern ġdid Nazzjonalista jassigura li l-lokalitajiet ta’ pajjiżna jkunu sikuri.
Minn naħa tiegħu, Albert Buttigieg elenka l-fatt li huwa dritt tal-bniedem li jgawdi l-proprjetà tiegħu u jgawdi lill-familja tiegħu b’ċertu serenità… serenità li tinkiser meta wieħed jiġi misruq f’daru stess.
Huwa proprju għalhekk li spjega li l-familji ħaqqhom din it-trankiwillità għaliex meta din tinkiser ikun hemm ħafna riperkussjonijiet fosthom anke psikoloġiċi.
Paula Mifsud Bonnici elenkat il-fatt li għandna eluf ta’ anzjani li jgħixu waħedhom f’pajjiżna u għaldaqstant dawn għadhom ikunu protetti… għaliex ma għandhomx ikunu misruqa jew saħanistra attakkati.
Spjegat li għandna Gvern Laburista li lanqas qed jilħaq il-miri li għamel huwa stess fl-istrateġija tiegħu b’rabta mal-anzjani.
Minn naħa tiegħu s-sindku tas-Swieqi Noel Muscat spjega li s-serq fil-lokalità tas-Swieqi qiegħed iżid u għalhekk il-Kunsill Lokali, b’maġġoranza Nazzjonalista, qed jaħdem viċin ħafna tal-Pulizija.
Bil-Kunsill anke jirrakkomanda mezzi moderni biex il-lokalitajiet tagħna jkunu aktar sikuri.
//= $special ?>