Lokali

Iweġġa’ gravi wara li waqa’ fil-Bajja tal-Qarraba

Filipin ta’ 34 sena residenti Ħal Tarxien weġġa’ gravi wara li waqa’ waqt li kien miexi fil-Bajja tal-Qarraba, fl-inħawi ta’ Għajn Tuffieħa.

L-inċident seħħ it-Tnejn waranofsinhar għall-ħabta tat-3pm.

Fuq il-post isejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, iżda minħabba l-inaċċessibbiltà, intalbet ukoll l-assistenza mill-Forzi Armati ta’ Malta.

Helikoper tal-Armata mar fuq il-post u salva lir-raġel, fejn ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura medika.

Intant, ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Rittrat: Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili