L-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Keith Arnaud ikkonferma fil-Qorti li Keith Schembri kien wiegħed maħfra Presidenzjali lil Yorgen Fenech.
Din it-testimonjanza ngħatat meta kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront tal-Eks Chief of Staff ta’ Muscat… li jinsab akkużat li illikja informazzjoni sensittiva dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Arnaud qal ukoll li Keith Schembri kien issemma’ għall-ewwel darba minn Melvin Theuma, meta l-middleman kien arrestat. Hawn, il-Pulizija kienu ġabru kaxxa bil-provi – inkluż recordings sensittivi. U f’din il-kaxxa kien instab il-famuż ritratt ta’ Theuma ma’ Keith Schembri.
Dan il-każ ta’ leaks ta’ informazzjoni qed jinstema’ quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.
L-investigazzjoni dwar Keith Schembri kienet bdiet wara li Yorgen Fenech, li jinsab akkużat li kien involut fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, kien stqarr li irċieva informazzjoni dwar l-andament tal-investigazzjoni permezz ta’ Schembri.
Is-sena li għaddiet, l-Imħallef Wenzu Mintoff kien ħareġ sentenza ċara li kkundannat il-preżenza ta’ Schembri fil-laqgħat ta’ informazzjoni f’Kastilja dwar l-investigazzjoni; inkluża d-diskussjoni dwar il-maħfra għal Theuma.
//= $special ?>