Il-vulkanoloġisti fl-Iżlanda u r-reġjun fil-madwar qed isegwu l-attività ta’ vulkan wara l-aħħar żbroff inkwetanti. Il-vulkan inkwistjoni jinsab fil-Penisola ta’ Reykjanes, lejn il-lbiċ tal-pajjiż, u, b’xorti tajba, l-iżbroff kbir kellu jseħħ wara li n-nies kienu evakwati minn belt fil-viċin kif ukoll mill-Blue Lagoon spa – li hi destinazzjoni popolari ħafna mat-turisti.
L-iżbroff ewlieni kien indikat lejn in-naħa ta’ fuq tal-belt ta’ Grindavik u anqas minn siegħa wara, ix-xaqq li beda jiżviluppa fl-art li kien kiber għal ħofra ta’ 700 metru – u fost rapporti li l-ħofra ‘qed tkompli tikber’.
L-esperti qalu wkoll li l-aħħar żbroff kien ir-riżultat naturali tal-attività kontinwa taħt l-art u fost it-theżżiż qalb zona magħrufa bħala s-Sundhnúk crater.
Grazzi għall-moniteraġġ li kien qed isir kontinwament, l-evakwazzjonijiet tan-nies minn Grindavík u l-Blue Lagoon setgħu jsiru mingħajr wisq intoppi u skont il-pjan għall-emerġenza.
U filwaqt li l-aċċessi lejn Grindavik u ‘l hinn minnu għadhom magħluqin, ir-rapporti mill-inħawi qalu li t-titjiriet lejn l-Iżlanda mhumiex qed ikunu affettwati mill-attività vulkanika.
//= $special ?>