L-Oppożizzjoni Nazzjonalista llum ħarġet ‘il barra minn laqgħa tal-Kumitat Parlamentari dwar il-Ħatriet Pubbliċi li kellha tiddeċiedi dwar il-kariga ta’ Carmen Ciantar bħala Chairperson Eżekuttiv tal-Aworità tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur.
Dan wara li d-deputati Nazzjonalisti membri fil-Kumitat sotnew li ma setgħux jipparteċipaw f’laqgħa li suppost tapprova kariga f’Awtorità meta l-Prim Ministru Robert Abela kien diġà ħabbar li Carmen Ciantar kienet approvata fil-kariga fl-istess Awtorità.
Il-laqgħa kienet preseduta mid-Deputat Laburista Chris Agius u għall-Gvern ipparteċipaw id-deputati Laburisti Omar Farrugia, Julia Farrugia u Amanda Spiteri Grech waqt li d-deputati Nazzjonalisti kienu Adrian Delia, Julie Zahra u Rebekah Borg.
L-ewwel xhud fil-laqgħa kienet Helga Pizzuto, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Komeptizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur, li qalet li l-kariga ta’ CEO kienet spiċċat fid-9 ta’ Frar li għadda. Aktar tard f’din il-kariga daħlet Carmen Ciantar wara li kien hemm sejħa. Helga Pizzuto qalet li kienet infomata li Carmen Ciantar kienet se tieħu r-rwol ta’ CEO tal-Awtorità. Mill bidu ta’ Frar, Carmen Ciantar bdiet tokkupa din il-kariga ta’ CEO.
Helga Pizzuto qalet li mill-ewwel ġimgħa ta’ Frar sal-lum, Carmen Ciantar ingħatat handover fl-Awtorità u diġà kienet introdotta man-nies tal-Awtorità biex kollox jbqa’ għaddej bla problemi fl-Awtorità. Ix-xhud qalet li din hi l-ewwel darba li se jkun hemm separazzjoni bejn il-karigi ta’ Chairperson u Kap Eżekuttiv tal-Awtorità. L-aħħar laqgħa tal-Bord li hi mexxiet kienet fit-18 ta’ Marzu 2025. Iċ-Chairperson tal-Awtorità qalet li l-messaġġ kien li Carmen Ciantar kient se titpoġġa minflokha.
Ix-xhud kompliet li kien hemm żball meta fil-website tal-Awtorità meta Carmen Ciantar tniżżlet bħala Chiarperson meta fil-fatt ma kinitx għadha appuntata. Hi sostniet li ma kinitx konxja tal-iżball u li dan kien irranġat.
Helga Pizzuto kompliet li dwar dan l-iżball ma kienx hemm dikussjoni interna fl-Awtorità għaliex kien diġà ġie solvut internament. Ix-xhud sostniet li dan seħħ fit-tieni ġimgħa ta’ Frar 2025.
Id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal li fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat Parlamentari, il-PN wera l-preokupazzjoni tiegħu dwar il-mod kif ittieħdet id-deċiżjoni dwar Carmen Ciantar qabel il-laqgħa tal-kumitat.
Hu sostna li t-tweġibiet li tat Helga Pizzuta ma jagħtux il-konfort dwar din il-kariga lil Carmen Ciantar. Għalhekk sostna Adrian Delia, b’rispett lejn il-kumitat, l-Oppożizzjoni ma tistax tipparteċipa fil-kumitat għaliex dan hu eżerċizzju falz minħabba li suppost il-Kumitat biss jiddeċiedi iżda l-Prim Ministru diġà ddeċieda.
Fil-fatt, dwar din il-kariga ta’ Carmen Ciantar id-deċiżjoni ħadha l-Prim Ministru li fil-Parlament ikkonferma din id-deċiżjoni qabel laqgħa tal-Kumitat. F’dan il-mument Adrian Delia qal li l-Oppożizzjoni mhijiex se tipparteċipa f’din il-laqgħa.
Is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia qal li sal-lum, Helga Pizzuto għadha Chairperson tal-Awtorità u għalhekk ipprona li l-kumitat jibqa’ għadej bin-nomina ta’ Carmen Ciantar.
F’dan il-mument id-deputati Nazzjonalisti ħarġu ‘l barra mil-laqgħa.
Ftit wara, daħlet fil-kamra Carmen Ciantar li xehdet quddiem il-kumitat u kkonfermat li bħalissa hi l-Kap Eżekuttiv tal-MCCAA. Hi sostniet li hi resposnabbli mill-operat tal-Awtorità u ilha fil-kariga mill-bidu ta’ Frar. Carmen Ciantar qalet li kienet mistiedna tattendi żewġ laqgħat tal-Bord tal-MCCAA.
Wara ftit mistoqsijiet mid-deputati Laburisti, in-nomina ta’ Carmen Ciantar kienet approvata mill-istess deputati Laburisti.
//= $special ?>