It-Tlieta filgħodu għall-ħabta tad-disgħa, mara ta’ 87 sena li toqgħod in-Naxxar ittieħdet l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl, in-Naxxar stess.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqtet minn karozza tat-tip Smart, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena residenti l-Fgura.
Il-mara ġiet mogħtija l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-isptar b’ambulanza. Il-vittma ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>