Il-backbencher Laburista, Rosianne Cutajar, ħarġet tattakka lil Glenn Micallef.
Dak li fiż-żmien fejn hi kienet Segretarju Parlamentari, kien Chief of Staff tal-mexxej tagħha Robert Abela.
F’post fuq il-midja soċjali tagħha, id-Deputat Laburista Cutajar stqarret li tittama li dak li qal il-Kummissarju Ewropew Glenn Micallef hija “ċajta tal-ewwel ta’ April”.
Bil-backbencher Laburista – li tagħmel parti mill-fergħa estremista tal-Labour, stqarret li assolutament ma taqbilx mal-fatt li Glenn Micallef stqarr li s-settur tad-difiża kapaċi joħloq xogħlijiet ta’ kwalità f’setturi tad-difiża fosthom anke dik ċibernatika.

U l-faxxa estremista tal-Labour tkompli testendi dawn l-attakki fuq il-Kummissarju Micallef, għal attakki personali.
Bil-preżentatur Laburista, Karl Stagno Navarra joħroġ jgħajjar lill-Kummissarju Ewropew, li nnomina l-mexxej Laburista Robert Abela bħala persuna li jeħtieġ personalità u kuraġġ.
