Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Għandna l-limitazzjonijiet biex naħdmu d-drama f’pajjiżna u għalhekk ikun jeħtieġ l-għajnuna” – Charles Sammut

Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Charles Sammut. Bħal kull programm, il-profil se jkun esebit b’opportunità li nsiru nafuh aħjar – mill-ħolm li wettaq għall-ġid li għamel ma’ bosta atturi Maltin u Għawdxin. 

Charles se jaqsam magħna l-esperjenzi tiegħu fuq il-palk, u kif ukoll l-esperjenzi tiegħu fil-klassi, hekk kif huwa wkoll lettur tal-Ingliż.

Ix-xbieha tal-profil daħlet fi djarna, u x-xogħol li ħadem fih se jkun diskuss u kif ukoll l-isforzi li jagħmlu l-atturi biex itellgħu l-produzzjonijiet li naraw fil-kumdità ta’ djarna.

“Ħa tmur id-dar fis-2am, u fil-5am trid tqum biex tmur għax-xogħol tiegħek, għandna ċertu limitazzjonijiet u għalhekk dejjem ikun jeħtieġ aktar għajnuna lil dan il-qasam”

PROFILI se jixxandar illejla fit-8.30pm u għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul u muntaġġ ta’ Liam Briffa. Wieħed jista’ jsegwi wkoll PROFILI kemm fuq Spotify u anki fuq YouTube.