Lokali

William Spiteri Bailey elett President tal-Kamra tal-Kummerċ

William Spiteri Bailey ġie elett bħala t-73 President tal-Kamra tal-Kummerċ.

Matul il-ġurnata tat-Tlieta, il-Kunsill tal-Kamra tal-Kummerċ eleġġa l-President il-ġdid ta’ din il-Kamra.

Spiteri Bailey huwa awditur u accountant, u serva wkoll bħala Viċi President tal-Kamra tal-Kummerċ għal dawn l-aħħar sentejn.

F’kummenti li huwa ta wara li ġie elett, William Spiteri Bailey spjega illi l-Kamra tal-Kummerċ, taħt it-tmexxija tiegħu, se tkun qed tipprijoritizza l-kumpaniji Maltin, in-negozji u anke l-imprendituri fit-tranżizzjoni diġitali fost l-oħrajn.