“Ziju, issa qed tistrieħ wara s-sena u sitt xhur ta’ miżerja li kkawżawlek,”
Hekk sostna fuq il-midja soċjali in-neputi ta’ Joseph Carabott, il-ġojjellier miż-Żurrieq li f’Awwissu ta’ sentejn ilu spiċċa vittma ta’ serq mill-ħanut tiegħu u swat b’mod vjolenti; b’riżultat li tħalla mitluq waħdu għall-mewt.
Kaġun ta’ din l-aggressjoni, Joe Carabott spiċċa bi ħsara akuta f’moħħu tant li qatt ma rkupra mill-attakk. Bil-Familja ta’ Carabott, issa, tilfu lill-għażiż tagħhom wara sena u nofs ta’ tbatija kontinwa.
F’Awwissu tal-2023, Carabott instab minn uliedu fil-ġojjellerija tiegħu. Ir-raġel kien instab mal-art f’għadira demm, b’idejh marbuta.
Intant fil-proċeduri li kienu għaddejin fil-Qorti fl-aħħar xhur….it-tifel ta’ Joe Carabott xehed li l-kriminali kienu ħallew lil missieru fi stat li kien “agħar milli mejjet”. Dan apparti x-xokk li ġie kkważat fuq il-membri tal-familja mas-sejba ta’ missierhom.
Sussegwentement tliet persuni ġew arrestati u akkużati b’serq aggravat.
Waqt tfittxijiet li saru f’waħda mir-residenzi marbuta ma’ wieħed mill-akkużati, il-Pulizija sabu ġojjelli, pendenti, u diversi pirmli.
F’appartamenti oħra, il-Pulizija sabet basktijiet bi flus kontanti, arloġġi, imsielet u ġojjellerija oħra, kif ukoll arloġġ li kien għat-tiwsija għand Carabott. Sabu anke business card tal-istess ħanut misruq.
Fil-Qorti waħda mit-tlett akkużati wieġebet ħatja u ġiet ikkundannata 28 sena ħabs. Dan apparti li kienet xehedet kontra t-tnejn l-oħra.
Minn dik ix-xiedha ħareġ ukoll il-mod vjolenti u krudili li bih l-allegati aggressuri aġixxew fil-konfornt ta’ Carabott – bix-xhud tisħaq kif meta s-sid prova jirreżistihom, huma tawh bis-sieq fil-kustilji u f’rasu, filwaqt li rabtuh u komplew isawtuh waqt li hu kien mitluf minn sensieh u diġa’ midrub serjament.
Iż-żewġ akkużati l-oħra qed iwieħbu mhux katja tal-akkużi miġjuba kontrihom – bil-proċeduri fil-konfront tagħhom għadhom għeddejjin.
Esperti legali qed jindikaw li l-andament tal-każ issa mistenni jieħu xejra oħra minħabba l-mewt ta’ Joseph Carabott, sena u nofs wara li seħħ dan il-hold-up.