Futbol Sport

Inter miżmuma draw barra minn darhom għand Parma

Fis-sopriża tal-ġurnata, Inter kienu miżmuma barra minn darhom għand Parma bl-iskor ta’ 2-2.

Kienu Inter li fetħu l-iskor mal-kwarta logħob b’gowl ta’ Matteo Darmian b’Marcus Thuram jirdoppjaw fi tmiem l-ewwel taqsima, wara pass ta’ Henrikh Mkhitaryan.

Fit-tieni taqsima saret rimonta minn Parma, bl-ewwel gowl jasal fis-60 minuta meta Ange Bonny żmarka lil Adrian Bernabe li xeħet fix-xibka għal 2-1. Disa’ minuti wara Parma kisbu l-gowl tad-draw meta Mateo Pellegrino għadda lejn Jacob Ondrejka li kkonkluda fix-xibka.

Dan id-draw b’hekk jagħti ċans lil Napoli li jnaqqsu d-distakk fil-partita tagħhom li se jilagħbu għada kontra Bologna.

Riżultati:

Monza v Como 1907 1-3

Parma v Inter 2-2

Milan v Fiorentina 2-2