Sport Sport Ieħor

Kickboxing u Taekwondo internazzjonali SportExtra

Għada fuq NET Television mill-4.10 pm ‘l quddiem jixxandar it-22 programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli. Fl-ewwel parti tal-ewwel programm enfażi dwar il-Kickboxing fejn flimkien ma’ NOEL MERCIECA – Team Noel Fight & Fitness diskuss is-Seminar li sar dan l-aħħar immexxi mill-kickboxer ta’ fama mondjali Andy Souwer. Fit-tieni parti tal-programm żewġ mistiedna esklussivi għal SPORT EXTRA b’rabta mat-Taekwondo internazzjonali . Il-president tal-European Taekwondo Union SAKIS PRAGALOS kif wkoll il-president tat-Taekwondo World DR. CHOUE CHUNG-WON b’enfażi dwar il-mod kif it-Taekwondo qed jiżviluppa fl-Ewropa iu wisq aktar fid-Dinja u l-impatt li l-Olimpijadi ta’ Pariġi kellhom fuq it-Taekwonndo. SPORT EXTRA għandu lil Liam Briffa bħala responsabbli mill-muntaġġi u filmati minn Michael Farrugia u Liam Briffa .