F’diskors ta’ inqas minn 30 minuta fil-Belt Valletta, Robert Abela għażel li mill-ġdid jerġa’ jiżżufjetta u jitfa’ dubju dwar il-validità ta’ dawk li ħarġu jipprotestaw kontra l-abozz tal-liġi li jbiddel l-Inkjesti Maġisterjali.
Biex b’hekk kompla bir-retorika u l-attakki fuq l-NGO’s u l-għaqdiet li kif għandhom dritt jagħmlu ħarġu jipprotestaw l-Erbgħa 2 ta’ April quddiem il-Parlament fosthom Repubblika, Aditus Foundation u PEN Malta. Għaqdiet li semmgħu leħinhom kontra t-tibdil li ngħata prijorità fil-Parlament mill-Kabinett ta’ Abela.
Abbozz ta’ liġi li tressaq b’għaġla kbira b’ordni ta’ Robert Abela biex jagħti immunità lill-politiċi korrotti u lil kompliċi tagħhom, u li dwaru tkellmu 19-il għaqda żagħżugħa fosthom anke l-KSU, il-KNŻ, u l-GĦSL.
Intant, waqt din l-attività kompla wkoll bil-miżinformazzjoni dwar is-sigurtà tal-Ewropa.
//= $special ?>