Futbol Sport

Draw bejn Roma u Juventus fi Stadio Olimpico

Ritratt: EPA

Lazio resqu tliet punti ‘l bogħod minn Atalanta meta fil-partita ta’ bejniethom huma għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita kien skorjat fl-54 minuta permezz tas-sostitut Gustavan Isaksen.

Intant, fi Stadio Olimpico draw ta’ 1-1 bejn Roma u Juventus. B’dan id-draw ftit li xejn inbiddlu l-affarijiet fil-klassifika hekk kif Juventus baqgħu fil-ħames post b’56 punt filwaqt li Roma baqgħu tliet punti wara bi 53 punt. Juventus marru fil-vantaġġ fl-40 minuta b’gowl ta’ Matteo Locatelli qabel Roma kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ Eldor Shomurodov.

Riżultati

Monza v Como 1907 1-3

Parma v Inter 2-2

Milan v Fiorentina 2-2

Lecce v Venezia 1-1

Empoli v Cagliari 0-0

Torino v H.Verona 1-1

Atalanta v Lazio 0-1,

Roma v Juventus 1-1

Għada

8.45pm: Bologna v Napoli