Sport Sport Ieħor

Ecume De Furetais bit-tieni suċċess konsekuttiv fl-aqwa klassi

Minn Kenneth Vella

Misjuq minn Rodney Gatt, Ecume De Furetais rebħet it-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd waranofsinhar fil-Marsa. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m. Din għamlet parti mill-erbatax-il laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott.

Tnax-il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. L-Iżvediż Giant Design (Paul Galea) kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ minimu minn Danilo H.B. (Chris Grech) u Flash de Celland (David Ellul). Ecume De Furtetais (Rodney Gatt) bdiet iżżid fil-ġiri 500 metru mil-linja finali u eventwalment qabżet lil Giant Design meta dawn daru biex jaffrontaw id-dritta finali

Hana AM (Justin Attard) temm it-tieni minn Dragster De Bomo (Cliferty Calleja). Giant Design kellu jikkuntenta bir-raba’ pożizzjoni. Ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.14.8” fil-kilometru.

Il-laqgħa inkludiet ukoll tiġrija tal-klassi Gold fuq l-istess distanza. Hawnhekk il-favorit Lee Harvey Bros (Paul Galea) attakka sew matul l-aħħar 400 metru biex ħa t-tielet suċċess tal-istaġun minn Quite E. Wood (Jean Pierre Farrugia) u Invincible De Bry (Charles Camilleri). Goldissime (Dylan Gatt) temm fir-raba’ pożizzjoni.

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Attack Photo (D. Baldacchino) Ħin – 3.24.2” (1.17.3”) 2. Gamine D’Hawai (R. Gatt) 3. Hendy D’Auberville (Ch. Camilleri) 4. Conflit (T. Demanuele) 

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Ermes Jet (N. Baldacchino) Ħin – 3.24.3” (1.17.4”) 2. Genie Lulu (P. Galea) 3. Exil D’Erable (J. Scerri) 4. Fangio Magic (N. Borg)

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Vikens Takecool (N. Barbara) Ħin – 3.22” (1.16.5”) 2. Mountainous (M. Bonnici) 3. Indien De Bry (R. Gatt) 4. Flicflac Du Logis (P. Galea) 

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Boston Wise L (Cherise Farrugia) Ħin – 3.21.6” (1.16.4”) 2. America Di Risaia (J. P. Polidano) 3. Fighter Newmen (R. Gatt) 4. Francesco (D. Cortis)

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Lee Harvey Bros (P. Galea) Ħin – 3.21” (1.16.1”) 2. Quite E. Wood (J.P. Farrugia) 3. Invincible De Bry (Ch. Camilleri) 4. Goldissime (D. Gatt)

VI Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Emissoro (R. Schembri) Ħin – 3.23.2” (1.17”) 2. Oh Ah Kennedy (D. Baldacchino) 3. Figaro Du Fan (N. Baldacchino) 4. Guarda (M. Mifsud)

VII Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Alinea (C. Vassallo) Ħin – 3.22.6” (1.16.7”) 2. Enfantin (D. Farrugia) 3. Plura (R. Gatt) 4. Gengis (N. Azzopardi)

VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Ecume De Furetais (R. Gatt) Ħin – 3.17.4” (1.14.8”) 2. Hana AM (J. Attard) 3. Dragster De Bomo (C. Calleja) 4. Giant Design (P. Galea)

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Honneur D’Isques (J. Gafa’) Ħin – 3.22.2” (1.16.6”) 2. Hipanema Ellis (Ch. Camilleri) 3. Gibus De Navary (M. Borg) 4. Evita D’Estree (Cherise Farrugia)