Lokali

“Għandna nħarsu lejn it-traffiku b’mod ħolistiku, hija evidenti li hemm bżonn ta’ pjan fit-tul”

Hemm bżonn li nħarsu lejn it-trasport b’mod aktar ħolistiku.

Hekk sostna George Vital Zammit, l-akkademiku, inkarigat mill-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista waqt attività politika li saret f’Birkirkara fejn il-Partit Nazzjonalista ddiskuta l-problema tat-traffiku flmkien ma’ diversi persuni. Vital Zammit spjega li l-Partit Nazzjonalista ilu xhur li beda b’impenn biex jisma’ lil kulħadd biex jinstabu soluzzjonijiet għal problemi li qed jiffaċċja l-poplu, dwar it-trasport.

Charles Selvaggi, Sindku tal-Imsida tkellem dwar kif il-gvern baqa’ għaddej gaffa meta l-Kunsill Lokali tal-Imsida ivvotta kontra l-fly-over, li possibbilment se jwassal għal bottleneck fejn l-iskate park. Selvaggi għalhekk wassal l-appell lill-Gvern ġdid Nazzjonalista biex meta jkun se jsir proġett issir konsultazzjoni mal-pubbliku anka qabel l-implimentazzjoni.

Ritratt: Catriel Farrugia

George Cremona, resident ir-Rabat Għawdex, tkellem dwar kif Pjazza San Gorg saret okkupata minn ħafna għamara tar-ristoranti, tant li ambulanza u fire-engines ma jistgħux jidħlu.

Ritratt: Catriel Farrugia

Gloria Aquilina, Minority Leader tal-PN fil-Kunsill Lokali tal-Marsa, saħqet li Malta tinsab fi krizi ta’ traffiku hekk kif it-traffiku sar il-ġurnata kollha mit-Tnejn sal Ħadd. Tenniet li kunsilliera jeħtieġu rispett mill-Gvern, biex ikunu jistgħu jwasslu l-messaġġ tar-residenti li jridu mezz ta’ trasport tal-massa.

Ritratt: Catriel Farrugia

Leone Sciberras, Kunsillier tal-PN f’Ħaż-Żabbar u kandidat għall-elezzjoni, sostna kemm huwa importanti li fil-miżuri tat-trasport ikunu kkonsultati persuni b’diżabbiltà. Hu semma xi diffikultajiet li jiffaċċjaw, fosthom il-bankini li mhux kollha huma standard u għalhekk il-karozza tal-linja ma tkunx aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà filwaqt li ħafna drabi l-audio f’dawn il-karozzi mhux jinstema’ u għalhekk persuni nieqsa mid-dawl ma jkunux jafu fejn wasslu.

Ritratt: Catriel Farrugia

Ronald Zammit, xuffier tal-Y-Plates, tkellem dwar it-traskuraġni ta’ Trasport Malta, u dwar kif l-opertaturi Maltin qed jiffaċċjaw inġustizzji kbar. Spjega kif il-Maltin qed jiġu sfurzati jitilqu mill-impjieg tagħhom hekk kif dan ma għadux sostenibbli.

Ritratt: Catriel Farrugia

Marie Jo Pulis Scicluna, persuna li ħadmet biex tħeġġeġ il-carpooling, spjegat kif hi tuża l-karozza privata tagħha, tant li f’xahar tagħmel 40 siegħa issuq minħabba t-traffiku. Tkellmet ukoll dwar il-paġna tagħha u dwar il-proposta tagħha ta’ carpooling li ma għandhix tkun biss għall-istudenti.

Ritratt: Catriel Farrugia

Malcolm Ciantar, CEO tal-White Taxis Association, fejn tenna li wkoll dwar kif il-ħaddiema mit-third word countries li mhumiex infurmati dwar il-liġijiet tat-trasports f’Malta.

Ritratt: Catriel Farrugia

Luke Vella, Kunsillier tal-PN f’Birkirkara li juża trasports pubbliku, wassal kritika kostruttiva dwar dan il-mezz tat-trasport, u kif ma hemmx serħan il-moħħ li jekk tuża karozza tal-linja se tasal fil-ħin. U kif f’ħafna lokalitajiet m’hemmx xelter adegwat.

Ritratt: Catriel Farrugia

Fiona Cauchi, iddiskriviet kif għaliha bħala sewwieqa ta’ mutur issib problemi ta’ infrastrutura ta’ kuljum u dwar kif m’hawnx għarfien dwar sewwieqa bħala u nuqqas ta’ infurzar fit-toroq.

Ritratt: Catriel Farrugia

Steve Zammit Lupi , Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ u ċiklist, sostna li hemm bżonn aktar inċentivi biex ikun hemm iżjed persuni li jużaw ir-rota, fosthom bidliet fid-disinn tat-toroq.

Ritratt: Catriel Farrugia

Ingram Bondin, President tar-Ramblers Association, wassal suġġeriment dwar l-interventi li jsiru fil-kampanja u dwar kif dawn għandhom jitneħħew u jsiru iktar adegwati għall-kampanja.

Ritratt: Catriel Farrugia

Ivan Farrugia, Kunsillier Lokali fil-Munxar u dilettant tal-karozzi klassiċi, spjega kif anka t-turisti jitpaxxew bil-karozzi klassiċi li għandhom il-Maltin fit-toroq. Spjega kif il-miżura li kienet se żid 5 snin fuq il-karozzi klassiċi kienet waħda li turi kemm ma saret l-ebda konsultazzjoni.

Ritratt: Catriel Farrugia

Daniel Borg mill-Gozo Business Chamber; u Mark Busuttil mill-Gozo Tourism Association; sostnew kemm il-Port tal-Imġarr huwa wieħed żgħir u kif in-Nicholaus jopera għal ftit sigħat biss. U kif għalhekk huwa essenzjali li jkun hemm żieda ta’ vapuri ġodda fil-flotta tal-Gozo Channel u servizz tal-Fast Ferry aktar frekwenti hekk kif dan is-servizz mhux ilaħħaq.

Ritratt: Catriel Farrugia
Ritratt: Catriel Farrugia

Il-professur Maria Attard, qalet li hija evidenti li hemm bżonn ta’ viżjoni ċara ta’ fejn irridu li jasal il-pajjiż sa ħames jew għaxar snin oħra. Sotniet li l-investiment huwa biss possibli jekk ikun hemm pjan fit-tul.

Ritratt: Catriel Farrugia

Mark Anthony Sammut, wiegħed li l-programm elettorali se jkun wieħed li jsir b’konsultazzjoni, dwar il-miżuri li ħabbar il-Ministru Chris Bonnet, huwa tenna li l-Ministru qabad il-problema min sieqha hekk kif mhu joffri l-ebda alternativa għall-karozza. Dwar ir-Road Safety, ix-Shadow Minister fakkar kif il-PN ressaq diversi proposti, filwaqt li fakkar kif il-kampanji ta’ informazzjoni jidher li sparixxew minkejja l-importanza li kulħadd ikun infurmat dwar sewqan sigur. Dan filwaqt li għamel referenza għal-liċenzji li ħarġu bla permess.

Ritratt: Catriel Farrugia