Illum hi ġurnata deċiżiva għal min se jkunu ż-żewġ klabbs promossi mill-IZIBET National Amateur League 1 għal National Challenge League. Ħadd għadu ma kiseb il-promozzjoni u llum, fl-aħħar match day ta’ dan il-Kampjonat, se jkolna tliet timijiet li fl-istess ħin, fit-3pm se jkunu qed jaffrontaw avversarji li m’għandhomx ċans ta’ promozzjoni, bit-tama li wara 90 minuta, huma jkunu wieħed miż-żewġ klabbs li jagħmilha għal diviżjoni oħra fl-istaġun li ġej.
Attwalment Birebbuġa St Peter’s u Vittoriosa Stars, jinsabu flimkien fl-ewwel post tal-klassifika bl-istess ammont ta’ punti. San Ġwann, jinsabu wara dawn it-tnejn b’differenza ta’ punt wieħed biss. Għaldaqstant fil-każ ta’ San Ġwann, li huma taħt il-gwida teknika ta’ Xavier Saliba, rebħa llum fl-aħħar logħba tal-Kampjonat, fil-logħba kontra Attard taf ma tkunx biżżejjed biex jilħqu l-għan tagħhom, jekk Birżebbuġa St Peter’s u Vittoriosa Stars xorta jirbħu l-konfronti rispettivi tagħhom.
Fuq il-karta, Birżebbuġa St. Peter’s, li minn ftit tal-ġimgħat ilu ‘l hawn, biddlu t-tmexxija teknika u għandhom lil Edgar Degabriele bħala kowċ, jaf għandhom l-itqal logħba għaliex se jaffrontaw lil Xgħajra Tornados. Vittoriosa Stars, li fejn jidħlu l-klabbs spotivi tagħha bħala lokalitá, dejjem ikollhom konkorenza b’saħħitha, qed jittammaw li jkomplu jibnu fuq is-suċċess tar-rebħ tar-Regatta ta’ nhar it-Tnejn li għadda, u għada, fl-aħħar tal-ġimgħa jaqħlqu bil-kbir meta jilgħabu kontra Luqa St Andrews.
Vittoriosa Stars kellhom staġun turbulenti din id-darba u lkoll niftakru kif f’Jannar li għadda, tilfu lil wieħed mill-plejers tagħhom, lill-attakkat Alejandro Mfifsud, li miet f’inċident tat-traffiku. Il-plejers tal-Birgu, taħt it-tmexxija teknika ta’ Jason Camenzuli, ilhom joħolmu li jiksbu l-promozzjoni biex ikunu jistgħu jiddedikawha lill-mibki Alejandro.
Nhar il-Ħamis li għadda, f’Replay Preview fuq Net Television, Chrisian Micallef għamel xi ħaġa mhux tas-soltu u li tant niżlet tajjeb mad-dilettanti tal-futbol Malti. Micallef kellu lit-tliet kowċis rispettivi jiddiskutu flimkien, qabel il-verdett tal-llum wara nofs in-nhar.
Illejla, f’Replay tad-9pm fuq Net Telvision, parti mill-progamm f’xandira diretta se tkun iddediata fuq hekk u dak kollu li se jiġri llum, fl-aħar ġurnata ta’ dan il-Kampjonat.
//= $special ?>