Raġel ta’ 31 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku, f’Ħ’Attard
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tat-08:30, fi Triq iż-Żagħfran meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn Toyota Passo misjuqa minn mara ta’ 19-il sena residenti Birkirkara, u mutur Kawazaki misjuq minn raġel ta’ 31 sena u jgħix Birkirkara wkoll.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat Ian Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin