Futbol Sport

Żelqa ta’ Liverpool għand Fulham… draw medjokri f’Manchester

Fis-sorpirża tal-ġurnata Liverpool kienu megħluba barra minn darhom fi Craven Cottage minn Fulham bl-iskor ta’ 3-2. Din kienet biss it-tieni telfa ta’ Liverpool dan l-istaġun wara li kien tilfu f’darhom kontra Nottingham Forest aktar kmieni fl-ewwel parti tal-istaġun.

Kienu Liverpool li fetħu l-iskor fl-14-il minuta meta Ryan Gravenberch żmarka lil Alexis Mac Allister b’dan tal-aħħar jixħet fix-xibka għal 1-0. Reazzjoni immedjata minn Fulham, hekk kif ġabu d-draw għaxar minuta wara b’gowl ta’ Ryan Sessegnon. Fit-32 minuta huma marru fil-vantaġġ permezz ta’ gowl tal-Eks Arsenal, Alex Iwobi, qabel l-istess Iwobi, din id-darba għadda lejn Rodrigo Muniz, li min-naħa tiegħu kkonkluda fix-xibka għal 3-1.

Liverpool naqqsu d-distakk fit-72 minuta b’gowl ta’ Luis Diaz li madankollu ma kienx biżżejjed biex Liverpool jieħdu l-punti minn din il-partita.

Intant, f’Old Trafford Manchester United u Manchester City temmew fi draw ta’ 0-0. F’partita nieqsa mill-okkażjonijiet ta’ skor, din kienet waħda mill-inqas derbies kombattuti fl-aħħar snin, hekk kif iż-żewġ timijiet ma jinsabux fl-aħjar forma tagħhom fil-Premier League dan l-istaġun.

Riżultati: Ilbieraħ: Everton v Arsenal 1-1

C’Palace v Brighton 2-1

Ipswich T. v Wolves 1-2

West Ham v B’Mouth 2-2

Aston Villa v Nott. Forest 2-1

Illum

Brentford v Chelsea 0-0,

Fulham v Liverpool 3-2

Spurs v Southampton 3-1

Man Utd v Man City 0-0

Għada

9.00pm: Leicester v Newcastle