Fl-assenza ta’ partiti mill-kampjonat Super League, l-attenzjoni fi tmiem il-ġimgħa daret fuq il-kampjonati l-oħra organizzati mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball. Fl-uniku logħba mill-Ewwel Diviżjoni, Depiro, immexxija minn Charles Gauci, rebħu lil Birkirkara Reds 3-0. B’dan ir-riżultat Depiro se jispiċċaw matematikament fit-Tieni Diviżjoni ta’ dan il-kampjonat wara l-leaders Paola Executive Security.
Fi tmiem il-ġimgħa spikkat ukoll ir-rebħa ta’ Swieqi Phoenix Tough Cookies fil-kampjonat ta’ taħt id-dsatax-il sena kontra Paola Yes 2 Health N Fitness bl-iskor ta’ 3-1. B’hekk it-tim immexxi minn Leonard Zammit Munro u Justin Montesin ġie ddikjarat champion tal-kategorija għad-disa’ staġun infila u mingħajr ma tilef logħba. Fi tmiem il-partita, Branko Vlahovic, President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball, ippremja lil captain u players ta’ Swieqi.
Ir-riżultati kollha
L-Ewwel Diviżjoni
BKVC Reds Vs Depiro 0-3
U19:
Swieqi Phoenix Tough Cookies Vs Paola Yes 2 Health N Fitness 3-1 (Swieqi champions għad-disa’ staġun infila)
Paola Yes 2 Health N Fitness Vs BKVC 3-1
Flyers Vs Depiro 0-3
U15:
Birkirkara VC Vs Falcons Volley 3-0
Paola Maypole Vs Depiro Volley 3-0

Swieqi Phoenix saru champions għad-disa’ staġun infila
//= $special ?>