Colin Schembri
Hibernians 30
Depiro Blue 54
(8-11)(7-11)(9-18)(6-14)
Depiro kkonfermaw il-potenzjal tagħhom fil-kategoriha tat-tfajliet ta’ taħt is-16-il sena billi rebħu b’mod komdu t-tieni logħba tas-serje 54-30 kontra Hibernians. B’din ir-rebħa, Depiro jagħlqu s-serje b’żewġ rebħiet konsekuttivi u b’hekk żammew it-titlu li rebħu l-istaġun li għadda.
Il-konfront fetah bil-Hibs jippruvaw iżommu l-pass ta’ Depiro, fejn l-ewwel sessjoni ntemmet 11-8 favur it-tim immexxi minn Matthew Borg. Minkejja l-isforz inizjali ta’ Lara Micallef u Zaira Ahar, li ppruvaw iżommu l-momentum għall-Hibs, kienu Sammut, Portelli u Mangion li bdew juru s-superjorità tagħhom, partikolarment f’punti minn turnovers u kontroll taħt il-boards.
Fit-tieni sessjoni, Hibernians resqu viċin 12-13 wara baskets minn Lara Micallef iżda Portelli u Deguara wieġbu b’run ta’ 6-0 qabel ma’ Dabic għamlet trippla għal Hibs. Ylenia Mangion ukoll għamlet trippla għal Depiro fl-aħħar pusses biex Depiro daħlu jistrieħu 22-15 minn fuq.
Fit-tielet sessjoni, Depiro fetħu b’run ta’ 8-0 bi trippli minn Maya Borg u Mangion li tahom vantaġġ doppju ta’ 30-15. Hawn Hibs irnexxielhom iwettqu reazzjoni permezz ta’ Micallef u Ahar fost l-oħrajn u għamlu break ta’ 9-0 biex naqqsu d-distakk bin-nofs 24-30. Depiro rkupraw minn dan il-mument diffiċli u mmexxija minn Portelli għamlu run ta’ 10-0 biex temmew it-taqsima 40-24 minn fuq.
Fl-aħħar taqsima, Depiro għamlu run oħra ta’ 10-2 li effettivament għelbet kull tentattiv ta’ reazzjoni minn Hibs. Alexandra Ciurariu u Sammut komplew imexxu lil Depiro bi tmien punti f’din il-fażi tal-partita hekk kif Depiro ħarġu rebbieħa 54-30 buex rebħu l-kampjonat.
Fi tmiem il-partita Jonathan Pisani f’isem Pisani Motoring School ippreżenta t-trofew lil captain ta’ Depiro Ylenia Mangion flimkien ma’ Kristie Sammut fost il-ferħ tal-partitarji tagħhom.
Hibernians: Lara Micallef 12, Elly Jovanovic 2, Dezaiya Abela, Kelly Sciberras, Zaira Ahar 4, Martina Muscat, Nikki Axiaq, Martina Mendez 5, Sara Cassar, Alexa Sammut 3, Viktorija Dabic 3, Zanesh Agius 1.
Depiro Blue: Ylenia Mangion 8, Claire Portelli 14, Kristie Sammut 10, Giulia Agius, Samira Deguara 4, Elinore Spiteri 2, Maya Borg 8, Chloe Chetcuti, Idara Etim Grech, Sarah Borg, Alexandra Ciurariu 8.
Referees: Nicky Azzopardi, Miguel De Flavia, Jacques Siefert
//= $special ?>