Il-President ta’ Franza Emmanuel Macron u l-President tal-Istati Uniti Donald Trump qed ikomplu jwasslu l-appelli tagħhom lill-President tar-Russja Vladimir Putin sabiex iwaqqaf il-vjolenza u jiddiskuti ftehim għal waqfien mill-ġlied fl-Ukrajna.
Dan wara li l-qawwiet Russi komplew bl-attakki tagħhom f’zoni ċivili madwar l-Ukrajna bil-konsegwenza li ħallew numru ta’ vittmi. Fuq il-pjattaforma X Donald Trump qal li minkejja li l-Ukrajna aċċettat il-proposta għal waqfien mill-ġlied ‘il fuq minn xahar ilu, ir-Russja kompliet għaddejja bl-attakki.
Infatti matul il-lejl ir-Russja wettqet attakk f’Kryvyi Rih – attakk li ħalla tal-anqas 14-il persuna mejta. Dan apparti li ftit tas-sigħat wara kien hemm sensiela ta’ attakki f’Kharkiv li kkaġunaw ħsarat kbar fl-elettriku.
Intant, fl-aħħar rapporti ntqal li t-truppi Russi ħadu kontrol ta’ aktar villaġġi fir-reġjun ta’ Donetsk.
//= $special ?>