Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara ħabta bejn mutur u karozza.
Raġel ta’ 41 sena residenti Birkirkara weġġa’ gravi wara ħabta bejn il-mutur li kien qed isuq u Kia Avella misjuqa minn raġel ta’ 25 sena residenti Santa Luċija.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart ta’ filgħaxija fi Triq il-Buqana fir-Rabat.
Fil-post isejħu tim mediku u ambulanza li ħadu lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejin.
//= $special ?>