L-Arċisqof Charles Scicluna ser imexxi l-pellegrinaġġ nazzjonali bl-istatwa tad-Duluri, li jibda mill-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta fis-6pm. Il-Ħadd 13 ta’ April l-Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm
bit-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm, u wara jkompli bil-Passjoni tal-Mulej fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. Iċ-ċelebrazzjoni tal-Ħadd li ġej tibda fid-9:30am,
F’Ħamis ix-Xirka fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa taż-Żjut mill-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta u fis-6pm l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fit-Tifkira tal-Ikla tal-Mulej bil-ħasil tas-saqajn
fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. Wara ssir purċissjoni qasira għall-artal tar-ripożizzjoni.
F’Jum il-Ġimgħa l-Kbira fid-9:30am, l-Arċisqof jitlob l-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum mill-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana. F’Sibt il-Għid fid-9:30am, l-Arċisqof jitlob l-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum mill-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa fil-Kurja fil-Furjana.
L-Arċisqof imexxi l-liturġija tal-Vġili tal-Għid li matulha numru ta’ adulti jiġu mgħammda, jirċievu l-Griżma tal-Isqof u l-Ewwel Tqarbina, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
F’Ħadd il-Għid, 20 ta’ April, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali tal-Għid il-Kbir tal-Mulej, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
L-attivitajit tal-Għid jagħlqu l-Erbgħa 23 ta’ April fis-6pm, fil-Ġublew Fratellanzi fiż-Żejtun, bl-Arċisqof imexxi pellegrinaġġ bis-sehem ta’ bosta fratellanzi, li jibda mill-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena f’Bir id-Deheb sal-Knisja ta’ San Girgor iż-Żejtun, fejn jiċċelebra quddiesa.
L-Arċisqof se jmexxi wkoll quddiesa għall-qwiebel li jkunu qed jagħmlu rtir fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, għada l-Erbgħa 9 ta’ April, f’nofsinhar; u l-Ġimgħa li ġej fid-9.30am jiċċelebra quddiesa għall-ġenituri li tilfu lil uliedhom, fil-Knisja Ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta.
//= $special ?>