Albert Buttigieg, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg qal fil-parlament li l-liġijiet li qed idaħħal il-gvern qed jinnormalizzaw il-problema tad-droga.
Albert Buttigieg qal li llum il-PL m’għadux jipprotesta kontra d-droga kif kien jagħmel fil-passat tant li llum il-PL għandu żewġ personalitajiet. Filwaqt li jingħata sostenn lill-għaqdiet li jaħdmu kontra d-droga, il-PL jemenda l-liġijiet li jinnormalizzaw il-problema tad-droga.
Id-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg kompla li l-gvern qed iwassal messaġġ ħażin dwar id-droga u kif din ġiet normalizzata. Dan jista’ jkun konfermat anki mill-irwejjaħ ta’ kannabis li jkun hawn f’diversi potsijiet f’Malta.
Hu qal li sentejn ilu l-gvern kien qal li kien se jwaqqaf is-suq illegali iżda fil-verità dan żied għaliex hemm problemi ta’ abbuż ta’ drogi. Skont ir-rapport mill-Ministeru tal-Politika Soċjali, hawn 2311-il persuna li ressqu għall-għajnuna li hi ferm iktar mir-rapport tas-sena ta’ qabel.
Dan juri li l-abbuż żdied. Ir-rapport jispeċifika li persuni li fittxewh l-għajnuna kien hemm 1020 persuna għall-eroina, 93 persuna fuq kokaina u 314 fuq każi ta’ kannabis. Dan juri kemm iI-problema qiegħda magħna.
Albert Buttigieg qal li realtà ġdida fis-soċjetà hi l-użu soċjali għall-abbuż tad-droga u sostna li dawk dipendenti fuq id-droga bdew minn abbuż soċjali tad-droga. Dan ma jfissirx li dawn kollha jispiċċaw dipendenti fuq id-droga iżda ħafna nies dipendenti jibdew mill-użu soċjali tal-kannabis.
Id-deputat Nazzjonalista enfażizza l-importanza tal-edukazzjoni u tal-infurzar u kompla li importanti li jkun hemm enfasi fuq il-fomazzjoni tal-persuna. L-ikbar problema hi dik tan-nuqqas tal-infurzar, sostna d-deputat Nazzjonalista, li żied li bejn Mejju u Settembru 2024 tħarrket persuna waħda biss dwar użu ta’ kannabis f’Paceville waqt li ma nqabad ħadd isuq taħt l-effett tal-marijuna. Din mhijiex sitwazzjoni reali għaliex kulħadd jaf li hemm din il-problema, sostna d-deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>