Riżultat kiefer għat-tim nazzjonali Malti tar-rugby mmexxi minn Mark DeBrincat li minn partita mitlufa kmieni bl-Iżrael fil-vantaġġ 13 – 0, waslet reazzjoni minn Malta li marret 15 – 13 fil-vantagg b’penalty fl-aħħar tal-partita jippremja lil Iżrael, fir-Rugby Europe Conference League, fit-Tony Bezzina Stadium.
Kienet l-ewwel telfa għal Malta wara rebħiet kontra Cipru u Andorra.
Żewġ penalties minn Mayan Levinson taw vantaġġ lil Iżrael ta’ 6 – 0 li aktar tard sar 13 – 0 wara try ta’ Daniel Steen u conversion. Reazzjoni minn Malta li minn 13 – 5 permezz ta’ Harry Collins l-iskor sar 12 – 13 għal Izrael sabiex penalty minn Chris Dudman poġġa lil Malta 15 – 13 fil-vantaġġ.
Mandkollu minuti minn tmiem il-partita ta’ Mayan Levinson ta vantaġġ lil Iżrael 16 – 15 . Riżultat li bih intemmet ukoll il-partita.
//= $special ?>