It-tariffi ta’ Donald Trump komplew iħallu l-effetti tagħhom fuq is-swieq internazzjonali hekk kif il-Borża ta’ Hong Kong ħadet daqqa kbira ‘l isfel. Dan filwaqt li s-swieq Ewropej reġgħu fetħu fin-negattiv
Fil-fatt, il-FTSE 100 fetaħ bi tnaqqis ta’ 10 fil-mija. Anke d-DAX tal-Ġermanja sofra daqqa fin-negozju tal-ishma.
Wara t-tariffi li ħabbar Trump numru ta’ esperti kif ukoll investituri qed jinkwetaw li l-azzjonijiet ta’ Trump kapaċi jġibu riċessjoni globali.
Numru ta’ swieq finanzjarji madwar id-dinja ħadu l-akbar daqqiet li esperjenzaw fl-aħħar snin fejn fost l-oħrajn s-suq Ażjatiku esperjenza l-akbar daqqa fl-aħħar 28 sena. Dan apparti li s-swieq finanzjarji fiċ-Ċina, fir-Renju Unit kif ukoll fl-Istati Uniti esperjenzaw daqqiet l’isfel.
Infatti wara li tħabbru dawn it-tariffi numru ta’ mexxejja madwar id-dinja talbu għal-laqgħa ma’ Trump fejn matul il-jum tat-Tnejn il-Prim Ministru tal-Iżrael Benjamin Netanyahu se jkun qed jintaqa’ ma’
Trump f’Washington.
Il-kumpanija JP Morgan għal jum ieħor wissiet li t-tariffi li ħabbar Trump se jħallu impatt negattiv fuq id-dinja fil-prezzijiet se jogħlew u l-ekonomija se tikber bilmod. Dan apparti li numru ta’ negozji qed jieħdu l-azzjonijiet hekk kif numru ta’ tariffi daħlu fis-seħħ.
Quddiem dan kollu, Trump qed jinsisti li t-tariffi tiegħu kienu qishom “mediċina” li bilfors trid tittieħed.
Għaldaqstant, numru ta’ Kapijiet Eżekuttivi ta’ banek globali organizzaw laqgħa b’rabta mat-tariffi fejn rapporti qalu li dawk li attendew urew tħassib kbir għal fatt li d-dinja kapaċi tidħol f’riċessjoni. Il-mexxejja kienu ġejjin minn banek varji fosthom Bank of America, Barclays, Citi u HSBC.
Intant, it-Tnejn mal-mument li s-suq Amerikan fetaħ ġie żvelat li s-suq niżel bi kważi 4%. U dan ifisser li jimmarka t-tielet jum li s-suq Amerikan ħa daqqa l’isfel.
//= $special ?>