Il-Banda tal-Korp tal-Pulizija se tkun qiegħda ttella’ żewġ kunċerti għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa fil-Bażilikatal-Porto Salvo u San Duminku u fil-Palazz tal-Gran Mastru, fil-Belt Valletta.
L-ewwel kunċert – “Consumatum Est.” – se jittella’ nhar il-Ħamis 10 ta’ April fis-7pm, fil-Bażilika
tal-Porto Salvo u San Duminku, il-Belt Valletta. Għal dan il-kunċert Vokali u Strumentali ta’ Mużika
Sagra għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa, il-Banda tal-Korp tal-Pulizija se jkun akkumpanjat minn Dr
Joseph Chetcuti, David Joseph Sammut, Mark Vella, Kristy Spiteri, Isaac Lucas, Ruth Sammut
Casingena, Mark Tonna, Dr Lydia Buttigieg, Dr Chris Rolè u l-Pipe Band tal-Pulizija.
Biljetti jistgħu jinxtraw mill-bieb għal donazzjoni ta’ €10 b’risq il-kuntistabbli Chris Bonello li
weġġa’ f’inċident f’Diċembru li għadda.
It-tieni kunċert se jittella’ nhar is-Sibt 12 ta’ April fit-8pm, fil-Palazz tal-Gran Mastru, il-Belt
Valletta. “La Passione Di Cristo”, kuncert ta’ marċi funebri b’kollaborazzjoni ma’ Heritage Malta.
Biljetti għal dan il-kunċert jistgħu jinxtraw mis-siti ta’ Heritage Malta jew onlajn minn din il-ħolqa https://heritagemalta.mt/store/e1699/
Iż-żewġ kunċerti se jitellgħu taħt id-direzzjoni tal-Maestro Anthony Cassar.