Bologna 1 Napoli 1
Riżultat ġust f’partita li ssodisfat u fuq kollox konferma tal-mument pożittiv ta’ Bologna li bil-punt miksub fi Stadio Renato Dall’Ara jinsabu b’57 punt telgħu fir-raba’ post – wieħed aktat minn Juventus u punt taħt Atalanta. Napoli ma pprofittawx mill-fatt li Inter ma rebħux fi tmiem il-ġimgħa sabiex b’dan id-draw b’65 punt baqgħu tliet punti taħt Inter.
B’Napoli fuq l-offensiva, wara biss 18-il minuta marru fil-vantaġġ permezz ta’ ANDRE FRANK ZAMBO ANGUISSA li għeleb lil Lukasz Skorupski. Minkejja li Bologna wettqu reazzjoni f’mument meta kellhom wisq aktar pussess mill-avversarji, b’xi mod Napoli żammew l-iskor intatt u l-vantaġġ minimu sa tmiem l-ewwel taqsima.
Kibret l-offensiva minn Bologna li fil-65 minuta kisbu l-gowl tad-draw. Minn azzjoni ta’ Jens Odgaard kien DAN NDOYE li għeleb lil Alex Meret. 1 – 1 skor li bih intemmet ukoll il-partita.
//= $special ?>