Lokali

Ċiklist isofri minn xi ġrieħi wara li ttajjar minn karozza f’Raħal Ġdid

Ċiklist qed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident ma’ karozza li seħħ għall-ħabta tad-9:30 am f’Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ mar-roundabout li tieħdok lejn Kordin. Fil-post wasal tim mediku mill-Isptar sabiex jgħinu lill-vittma, bil-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Uffiċjali tal-Pulizija u ta’ Transport Malta waslu wkoll fil-post biex jikkontrollaw it-traffiku li nħoloq kaġun ta’ dan l-inċident.