Is-swieq Asjatiċi dalgħodu fetħu bi gwadann tajjeb fuq il-ġurnata ta’ qabel hekk kif iċ-Ċina qed tibgħat messaġġi konsistenti li se żżomm sod quddiem it-tariffi imposti minn Donald Trump. Bit-tmexxija ta’ Beijing tgħid li se tiġġieled sal-aħħar din il-mossa tal-President Amerikan.
Iċ-Ċina qed takkuża lil Trump li qed juża attitudni ta’ bully fil-konfront tal-pajjiżi l-oħra. U qed tinsisti li dan huwa biss theddid tal-Amerikani.
Intant, anke s-swieq Ewropej raw ftuħ pożittiv għan-negozju tal-ishma. Il-FTSE100 fetaħ 1% ogħla, il-CAC40 ta’ Franza żdied b’1.8% filwaqt id-DAX tal-Ġermanja tela’ għal 1.3%.
//= $special ?>