Lokali Parlament

Il-Gvern mhuwiex jagħmel biżżejjed dwar id-dijabete

Claudette Buttigieg, PN

Id-Deputat Nazjonalista Claudette Buttigieg sostniet fl-Aġġornament tal-Parlament li l-Gvern mhuwiex jagħmel biżżejjed dwar id-dijabete.

Hi staqsiet x’qed jagħmel il-Gvern bi preparazzjoni għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard mhux infettiv, li se ssir f’Settembru li ġej.

Skont il-WHO, it-tip ta’ mard li jkun trasmess mhux minħabba infezzjoni, huma l-mard tal-qalb b’attakki tal-qalb u puplesija, varjetà kbira ta’ kanċer, mard kroniku tan-nifs fosthom l-asthma u d-dijabete. Dawn l-erba’ gruppi ta’ mard huma responsabbli għal 80% tal-mewt qabel il-waqt minħabba mard mhux infettiv.

Dwar id-dijabete, id-deputat Nazzjonalista qalet li skont l-International Diabetes Federation (IDF), il-prevalenza tad-dijabete f’Malta fl-2021 kienet ta’ 11.2%, jiġifieri madwar 37,800 persuna kienu qed jgħixu b’din il-kundizzjoni.

Minn tweġiba parlamentari jirriżulta li f’Malta u Għawdex hawn madwar 44,606 persuna li għandhom id-dijabete Tip 2.

Il-gvern qal li l-informazzjoni dwar kemm minnhom huma fuq l-insulina għadha qed tinġabar.
Il-pjan tal-gvern jidher li sa issa hu li l-Continuous Glucose Monitor jingħata lil kull min hu Tip 1, nisa li huma insulin-dependent gestational diabetes u dawk li jinħtieġu l-insulina post-pancreatectomies. Jirriżulta wkoll li madwar 1,800 persuna għandhom id-dijabete Tip 1 f’Malta u Għawdex. 906 minnhom qed jagħmlu użu mill-Continuous Glucose Monitor li qiegħed jingħata b’xejn mill-Gvern. Hawn madwar 680 persuni f’Malta u Għawdex għandhom id-dijabete Tip 1 u għandhom iktar minn 50 sena.

Il-gvern ta informazzjoni li 44,606 persuna li għandhom dijabete Type 2 u 1,800 Type 1 għal total 46,406 persuna li għandha dijabete. Dan f’popolazzjoni ta’ 538,297 f’Malta.

Claudette Buttigieg trattat l-insulin pumps u qalet li dawk li jkollhom dijabate Tip 1 għandu jkollhom l-insulin pumps.

Perusna li jkollhom l-Continuous Glucose Monitors u dijabate Tip 2 għandhom jingħataw ukoll l-assietnza meħtieġa. Imma hemm prekawzjonijiet li pajjiżna jista’ jieħu biex pajjiżna jindirizza dawn iż-żidiet fosthom il-ħajja sana, it-tnaqqis fl-obeżità u l-eżerċizzju; iżda x’qed isir?

Skont il-Kummissjoni Ewropea, Malta kellha l-ogħla rata ta’ persuni b’piż żejjed fl-EU fl-2022 bi 62% tal-popolazzjoni ta’ ‘l fuq minn 16-il sena u aktar, f’din il-kategorija. 28.7% tal-irġiel u 22.7% tan-nisa mhux biss huma b’piż żejjed imma bi problema ta’ obeżità.

Skont il-Global Nutrition Report ippublikat din is-sena, Malta wriet ftit progress biex tilħaq il-miri tal-mard li ma jitteħidx waqt li 30.4% tal-adulti nisa minn 18-il sena ‘l fuq, 31.9% tal-adulti irġiel qed jgħixu fl-obeżità.