Irridu naraw li l-ħiliet politiċi taż-żgħażagħ tagħna jkomplu jissaħħu, mhux biss b’esperjenzi f’pajjiżna, iżda anke barra minn xtutna.
Akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali Charles Bonello u mis-Segretarju Internazzjonali Beppe Galea, f’laqgħa maż-żgħażagħ, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sema’ l-esperjenzi li għaddew minnhom għadd ta’ żgħażagħ li ftit tal-ġimgħat ilu żaru ċ-Ċina biex jirrappreżentaw lill-Partit Nazzjonalista fil-laqgħat li kellhom hemm. Dan wara li kien Bernard Grech innifsu li wera x-xewqa li tkun delegazzjoni żagħżugħa li tgħix din l-esperjeza politika.
Bernard Grech fakkar kif il-Partit Nazzjonalista jemmen fl-impenn taż-żgħażagħ hekk kif iż-żgħażagħ mhumiex biss il-futur, iżda wkoll il-preżent ta’ pajjiżna.











Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo
//= $special ?>