Wara dawn ix-xhur kollha, wasal iż-żmien li l-erba’ ljuni u l-pantera maqfulin in-Naxxar ikollhom futur aħjar. Aktar u aktar minħabba li il-Gvern għadu ma ħa l-ebda pass konkret biex jiggarantixxi dan.
Hija din ir-raġuni għalfejn nhar it-Tlieta 15 ta’ April se tkun qed issir protesta bl-isem “Roaring for Freedom quddiem l-Uffiċċju tad-direttorat Veterinarju.
Darryl Grima spjegalna li l-attivisti minn naħa tagħhom kienu għamlu kuntatt ma’ numru ta’ NGOs internazzjonali fosthom Born Free Foundation u Four Paws li jgħinu ħafna annimali; u dawn talbu xi informazzjoni bażika fosthom l-età u s-sess ta’ dawn l-annimali. Liema informazzjoni jidher li għadha ma ngħatatx mill-Istat.
Din il-protesta hija organizatta mill-programm Vuċi għall-Annimali bil-parteċipazzjoni tal-attivist Taljan tal-annimali Enrico Rizzi u bl-appoġġ ta’ iktar minn 20 għaqda tal-annimali. B’din is-sitwazzjoni tiġbed kritika enormi anka minn għaqdiet internazzjonali.
Il-preżentatriċi tal-Programm Vuċi għall-Annimali appellat lil kull minn għandu l-annimali għal qalbu sabiex jattendi għal din il-protesta.
//= $special ?>