Fis-17 ta’ April se jkunu qed jinxtegħlu 4,000 xemgħa li se jdawlu l-bitħa tas-Santwarju tal-Mellieħa f’inizjattiva li se ssir għall-ewwel darba b’risq Puttinu Cares.
Din l-inizjattiva, bl-isem ta’ Mixgħela fil-Mellieħa, se tkun qed tibda mit-8 pm ‘il quddiem bħala parti mill-attivitajiet organizzati mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa b’rabta mal-Ġimgħa l-Kbira.
Għall kull xemgħa li se tinxtegħel, il-pubbliku qed ikun imħeġġeġ biex joffri donazzjoni ta’ €1 sabiex jiġu ppreżentati lil Puttinu Cares.
//= $special ?>