Lokali Parlament

Il-persuna għandha tkun fiċ-ċentru tal-iżvilupp sostenibbli

Darren Carabott, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott qal fil-Parlament li l-perusna hi l-iktar importanti fl-iżvilupp sostenibbli li tgħix fih il-komunità.

Dan fil-kuntest tas-servizzi li jingħataw u t-tgawdija tal-ħajja. Id-deputat Nazzjonalista kompla li għandhom jingħataw soluzzjonijiet fejn it-traffiku u l-ambjent huma prijorità.

Hu tkellem dwar il-korpi dixxiplinati u qal li s-sigurtà hi prijorità għall-komunità anki minħabba r-riskji li jkun hemm fuq ix-xogħol. Jeħtieġ li l-karatteristiċi tal-lokalitajiet jingħataw prijorità, sostna Darren Carabott, li kompla li d-dokument dwar il-Viżjoni 2050 għandu jkun attwat fedelment.

Hu appella biex ikun hemm element konsistenti ta’ kontinwità u qal li l-PN ilu sentejn li ressaq abbozz dwar id-dritt fundamentali għall-ambjent sigur, sostenibbli u nadif iżda l-gvern jibqa’ ma jiddiskutihx.

Dan id-dritt għandu jiddaħħal fil-kostituzzjoni għall-Maltin u l-Għawdxin kollha, sostna Darren Carabott li qal li bħalissa fil-kostituzzoni hemm biss dikjarazzjoni u dan id-dritt mhuwiex inforzabbli.