Fir-rabaʼ kwart tal-2024, l-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Proprjetà Residenzjali (RPPI) kien taʼ 165.22, żieda annwali ta’ 5.2 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023.
Dan irriżulta minn ċifri li ġew ippubblikati llum mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Biż-żieda ta’ 5.2 fil-mija tkun aktar mill-medja fl-UE u mill-medja fiz-Zona Ewro.
Fiż-żmien mistħarreġ, l-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Appartamenti u l-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Maisonettes kienu taʼ 165.34 u 157.53, bʼżidiet annwali taʼ 5.0 fil-mija u 5.2 fil-mija, rispettivament
//= $special ?>