Internazzjonali

Ir-Repubblika Dominikana: Imutu waqt il-kroll ta’ nightclub

L-iskwadri tas-salvataġġ f’Santo Domingo, bħalissa qed ifittxu għall-vittmi taħt il-fdalijiet ta’ nightclub li kkrolla għal fuq in-nies ftit tas-sigħat ilu. Inċident li ħalla tal-anqas 20 mejtin u b’ħafna midruba jittieħdu l-isptar b’urġenza.

Ir-residenti fil-kapitali jinsabu xukkjati għall-aħħar b’din it-traġedja u meta ħadd ma jaf x’seta’ wassal għall-inċident (fis-sigħat bikrin tat-Tlieta) f’ħin meta l-istabbiliment, il-Jet Set discotheque; kien qed jospita l-kunċert ta’ kantant popolari tal-mużika merengue.

Il-President tar-Repubblika Dominikana, Luis Abinader, esprima l-kondoljanzi lill-qraba tal-vittmi, waqt li d-diretturi taċ-Ċentru għall-Operat ta’ Emerġenza fil-kapitali ( Santo Domingo) qalu li t-tfittxija għan-neqsin kapaċi ddum għaddejja l-jiem.