Sport Sport Ieħor

Ir-Royal Malta Yacht Club iħabbar li Tommy Hilfiger ser jappoġġa l-Fully Crewed Figure of 8 Race li ser issir is-Sibt li ġej

Is-Sħubiija tikkoinċidi mat-tnedija tal-kollezzjoni ġdida iffukata fuq l-ibburdjar ta’ din id-ditta ikonika

Ir-Royal Malta Yacht Club ħabbar li Tommy Hilfiger se jkun qed jappoġġja l-Fully Crewed Figure of 8 Race li ser issir is-Sibt li ġej, 12 ta’ April.

Din is-sħubija tasal f’mument importanti hekk kif Tommy Hilfiger qed iħejji biex iniedi l-kollezzjoni ġdida,  ffuktata fuq l-ibburdjar, f’Malta. Ispirata mill-baħar u mibnija biex tgħin fil-prestazzjoni, il-kollezzjoni tgħaqqad l-innovazzjoni teknika mal-istil klassiku distintiv tad-ditta, u r-ruħ dinamika u avventuruża tat-tlielaq tal-ibburdjar.

“Din il-kollaborazzjoni tgħaqqad żewġ entitajiet li jaqsmu apprezzament profond għall-baħar, il-preċiżjoni u l-passjoni,” qal Mark Napier, Commodore tar-Royal Malta Yacht Club.  “Huwa ta’ soddisfazzjoni li l-club għandu l-appoġġ ta’ ditta magħrufa globalment bħal Tommy Hilfiger. L-appoġġ tagħhom iżid prestiġju u entużjażmu lil avveniment li qed ikompli jikber fil-popolarità tiegħu.”

Il-Fully Crewed Figure of 8 Race toffri sfida eċċitanti hekk kif it-timijiet jinnavigaw rotta panoramika madwar Malta u Għawdex. Miftuħa għal timijiet b’ekwipaġġ sħiħ, it-tiġrija tattira regolarment flotta kompetittiva ta’ talent lokali. Fosthom hemm Ton Ton Laferla ta’ Jonathan Gambin, li reċentement rebaħ l-International Yacht Paint GozoWeekend Regatta u qed jagħmel ritorn b’saħħtu wara kważi sena nieqes mit-tlielaq. It-tellieqa tattira wkoll parteċipazzjoni b’saħħitha mis-sezzjoni tal-cruising, fosthom Janissah ta’ Mario Debono u Stella R ta’ Steve Carter.

Biex tkompli tkun iktar interessanti għall-parteċipanti u l-mistednin ser ikollhom ukoll opportunità li jkollhom preview esklussiv tal-Kollezzjoni tal-Ibburdjar li ser titnieda lokalment madwar l-istess żmien.

“Ispirata mill-wirt rikk tad-ditta fl-isport tal-ibburdjar it-Tommy Hilfiger Sailing Archive Gear tinkludi biċċiet ta’ kwalità għolja u funzjonali li joffru stil u innovazzjoni. Din il-kollezzjoni tuża materjali  li jsaħħu l-prestazzjoni, waqt li jżommu s-sens estetiku klassiku li jiddistingwi lil Tommy Hilfiger. Ninsabu kburin li nikkollaboraw mar-Royal Malta Yacht Club għall-Fully Crewed Figure of 8 Race. Din is-sħubija tenfasizza mhux biss l-impenn tagħna lejn stil orjentat lejn prestazzjoni tajba, iżda wkoll il-passjoni tagħna għall-baħar u l-attrazzjoni lejh,” qal Joseph Borg, Fashion Brand Director mal-Hudson Group.

Aġġornamenti dwar it-Tommy Hilfiger Fully Crewed Figure of 8 Race jinstabu fuq is-sit elettroniku tar-Royal Malta Yacht Club  www.rmyc.org/races