Kerċem Ajax ġew inkurunati champions tal-Kampjonat BOV Gozo Football Association tat-tieni Diviżjoni wara staġun mill-aqwa mimli wirjiet dominanti fejn rebħu l-15-il partita tagħhom matul l-istaġun tal-futbol 2024/2025.
Il-prestazzjonijiet konsistenti tagħhom matul l-istaġun kollu, b’difiża soda u attakk qawwi, ħafna drabi rebħu l-logħbiet bi skor kbir, żguraw li baqgħu dejjem fil-quċċata tal-klassifika u r-rebħa tal-Kampjonat.
Kerċem għalqu l-istaġun b’rebħa kbira ta’ 7-0 fuq Żebbuġ Rovers biex temmew l-istaġun b’vantaġġ ta’ 17-il punt fuq Sannat Lions li jinsabu fit-tieni post.
Charmaine Borg, Manager tal-Fergħa ta’ BOV f’Għawdex; u Dr Samuel Azzopardi, President tal-Gozo Football Association; ippreżentaw it-Trofew tal-Kampjonat BOV GFA tat-tieni diviżjoni lil Kerċem Ajax fost il-ferħ tal-folla mdaqqsa ta’ partitarji fil-Gozo Stadium.
Il-Bank of Valletta huwa sostenitur fit-tul tal-Gozo Football Association, xhieda tal-impenn lejn stil ta’ ħajja aktar b’saħħtu fil-gżejjer tagħna.
//= $special ?>