Futbol Sport

Malta tegħleb lil Georgia fil-UEFA Women’s Nations League b’wirja qalbiena

(Ritratt: Craig Camilleri)

MALTA…………….2

GEORGIA………..1

Fis-Centenary Stadium, fir-Rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tan-nisa 2027, Malta ħarġet rebbieħa kontra avversarju b’saħħtu permezz ta’ gowls f’kull taqsima.

Għat-tieni darba f’temp ta’ ftit ġranet it-tim immexxi minn Manuela Tessè għeleb lil Georgia f’partita fejn it-tim Malti deciż li ma jfallix kien dejjem aħjar mill-avversarji. Fil-klassifika, b’din ir-rebħa, it-tielet waħda minn erba’ partiti, Malta telgħet fl-ewwel post tal-Grupp.

Matul l-ewwel taqsima l-logħob kien maqsum b’azzjonijiet limitati sal-mument li Malta marret fil-vanntaġġ. Fid-39 minuta minn azzjoni ta’ Nicole Sciberras, kienet Rachel Cuschieri li għelbet lil Gvantsa Kadagishvili. Vantaġġ minimu li bih intemmet ukoll l-ewwel taqsima. L-andament fit-tieni taqsima baqa’ l-istess.

Fid-59 minuta kien hemm foul ta’ Mts kera shvili fuq Haley Bugeja. Cansu Tryak saffret penalty għal Malta b’Haley Bugeja tegħleb għat-tieni darba lil Kadagishvili. Minkejja reazzjoni minn Georgia kien biss fit-83 minuta li naqqsu l-iskor permezz ta’ Mariam Kalandadze li għelbet lil Janice Xuereb.

Skor finali kien dak ta’ Malta 2 Georgia 1.Referee tal-partita kienet Cansu Tryak (Turkija)

Haley Bugeja skorjat it-tieni gowl ta’ Malta kontra Georgia