Lokali

Membru tal-SDM elett bl-aktar ammont ta’ voti fil-Kunsill Studenti MCAST

Il-ġimgħa li għaddiet seħħet elezzjoni sabiex jimtlew żewġ postijiet vakanti fil-Kunsill Studenti MCAST (KSM), dan wara li żewġ rappreżentanti tal-Pulse rreżenjaw.

Neil Schembri f’isem l-SDM ġie elett u rnexxielu jikseb 77% tal-voti, l-ogħla ammont f’din l-elezzjoni.

Dan ifisser li issa l-SDM għandha żewġ rappreżentanti fil-Kunsill tal-istudenti. Riżultat bħal dan ikompli jsaħħaħ is-suċċess li kellha l-SDM fl-aħħar xhur kemm fl-ITS kif ukoll fil-Junior College.

L-SDM tħares ’il quddiem biex tkompli tkun il-vuċi tal-istudenti kollha.