Kif kien mistenni ebda problema minn Newcastle fil-King Power Stadium biex jiksbu tliet punti kontra Leicester City li aktar minn qabel kollox, wara t-22 telfa dan l-istaġun. Għal kuntrarju Newcastle bis-16-il rebħa telgħu fil-ħames post bi 53 punt daqs Chelsea iżda b’partita anqas u fl-istess waqt qabżu b’punt lil Manchester City.
Wara biss tliet minuti, Newcastle marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Tino Livramento kien JACOB MURPHY li għeleb lil Mads Hermansen. Ebda reazzjoni minn Leicester City bi Newcastle jirduppjaw fil-11-il minuta għal darb’ oħra minn JACOB MURPHY li skorja wara li tentattiv ta’ Fabian Schaar kien ħabat mal-lasti. Fil-35 minuta l-iskor sar 3 – 0 wara li HARVEY BARNES għeleb mill-ġdid lil Mads Hermansen. 3 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima.
It-tieni taqsima kienet biss formalità bi skor finali Leicester City 0 Newcastle United 3
//= $special ?>